You are here: Home Press Releases Il-pozizzjoni ta’ Pulse dwar id-disgwit bejn l-UMASA, l-MUT u l-Gvern

Pulse

Font resize: Increase SizeDecrease SizeReset font to default
 
Il-pozizzjoni ta’ Pulse dwar id-disgwit bejn l-UMASA, l-MUT u l-Gvern

Permezz ta’ din l-istqarrija, Pulse qieghda tesprimi l-opinjonijiet taghha dwar id-disgwit bejn l-UMASA, l-MUT u l-Gvern. F’din l-istqarrija Pulse se tanalizza kif l-istudenti tal-Junior College u ta’ l-Universita’ se jkunu affettwati mill-istess disgwit.

B’rizultat ta’ disgwit bejn l-UMASA, l-MUT u l-Gvern, iz-zewg unions li jirraprezentaw it-teachers u l-lectures ordnaw lill-istaff kemm dawk full-time u dawk part-time biex ma jaghmlux ’end-of-semester examinations.’ Dawk l-ezamijiet li diga’ saru, l-iscripts m’hux ser jigu migbura.

Il-preokkupazzjoni ta’ Pulse hi li, la darba l-ezamijiet m’humiex se jsiru, l-istudenti humiex se jigu moghtija il-valur tal-credits li huma qieghdin jistudjaw, jew inkella se jkollhom jaghmlu l-ezamijiet fl-ahhar tas-sena shiha. L-istudenti diga’ jkollhom hafna stress u xoghol bl-ezamijiet ta’ l-ahhar tas-sena, u dan meta jkunu diga ghamlu xi ezamijiet f’nofs is sena.

Fil-waqt li Pulse theggeg kemm lill-UMASA u l-MUT biex jaqbzu ghall-haddiema li huma jirraprezentaw, u dan bi dritt, Pulse hi ddizappuntata ghaliex f’argument bejn il-Unions u l-Gvern, se jkunu l-istudenti li se jigu affetwati minn din l-azzjoni.

F'dan il-mument Pulse tistenna li l-Kunsill Studenti Universitarji, f’l-interess ta’ l-istudenti ghandu jkun aktar pro-attiv. IL-KSU ghandu jassumi d-dmirijiet tieghu u jikkonsulta ma’ l-istudenti u mar-rapprezentanti ta’ l-ghaqdiet biex kollha flimkien tittiehed l-ahjar decizjoni f’l-interess ta’ l-istudenti.

Ghal darb’ Pulse ohra theggeg lil dawk kollha ikkoncernati sabiex jiltaqaw madwar il-mejda tad-diskussjoni bit-tama li jintlahaq kompromess. Fil-granet li gejjin Pulse se tkompli ssegwi l-izviluppi mil-qrib u lesta li tiltaqa’ ma’ l-awtoritajiet involuti fl-interess ta’ l-istudenti.

17 ta’ Dicembru 2008.